Matul il-jum tal-Ħadd, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson huwa mistenni li jindirizza konferenza stampa biex iħabbar sistema ta’ twissija tal-Coronavirus bħala parti mill-ħidma tal-gvern Ingliż fil-ġlieda tiegħu kontra l-imxija tal-Coronavirus.
Is-sistema se tkun qed tikklassifika l-livell ta’ gravità tal-Coronavirus minn wieħed sa ħamsa u tkun aġġornata kontinwament. Din is-sistema se tkun qed taħdem simili ta’ dik li twissi lill-poplu Ingliż dwar xi terrimot. Din is-sistema se tkun qed tindika l-livelli f’kull belt Ingliża, u għalhekk il-livell jaf ivarja minn post għall-ieħor.
Waqt l-istess konferenza stampa l-Prim Ministru huwa mistenni li jagħti aġġornament b’rabta mal-miżuri tal-lockdown, però mhux mistenni li jħabbar xi tibdil fir-restrizzjonijiet b’rabta mal-COVID-19.