L-eks Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson qal li mhux se jikkontesta għall-Partit Konservattiv, li jfisser ukoll li mhux ħiereġ għall-irwol ta’ Prim Ministru.
Boris Johnson qal li minkejja s-sapport li kellu, huwa qal li ma ħassx li ma jistax jiggverna jekk ma jkollux partit magħqud warajh.
S’issa għal dan l-irwol ikkonfermaw li se jikkontestaw għal mexxej tal-Partit Konservattiv, Rishi Sunak u Penny Mordaunt.
Il-Prim Ministru l-ġdid tar-Renju Unit se jkun magħżul sa nhar il-Ġimgħa li ġej. Dan wara li Liz Truss irriżenjat minn Prim Ministru wara 44 jum f’din il-kariġa.