Waqt telefonata li kellu l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson flimkien mal-President Russu Vladimir Putin, Johnson wera t-tħassib tiegħu.
Dan dwar l-aħħar żvilluppi b’rabta mat-tensjoni fl-Ukrajna.
Il-Kremlin qalet kif iż-żewġ mexxejja kellhom diskussjoni dwar dak li qed tagħmel in-NATO fil-konfront tar-Russja.
Dan hekk kif ir-Russja ma tridx li l-Ukrajna tingħaqad man-NATO, li hija forza mmexxijja mill-Amerikani.
Il-Gvern Russu ċaħad li ser jinvadi lill-Ukrajna, iżda xorta waħda ġew stazzjonati 100,000 suldat Russu qrib il-fruntiera tal-Ukrajna.
Skont kelliem tal-Gvern Ingliż, waqt it-telefonata ż-żewġ mexxejja qablu li l-ġlied m’huwa interess għall-ebda pajjiż.