Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ħareġ mill-isptar ta’ St. Thomas f’Londra, wara li kien rikoverat f’dan l-isptar minħabba kumplikazzjonijiet li żviluppawlu bil-Coronavirus.
Huwa għamel xi ftit jiem fit-Taqsima tal-Kura Intensiva ta’ dan l-isptar, iżda ħareġ minn din it-taqsima l-Ħamis filgħaxija.
Fi stqarrija, il-Gvern Ingliż qal li l-Prim Ministru Johnson se jkompli jieħu l-kura tiegħu f’Chequers, li hija residenza tal-Prim Ministru f’żona rurali. Intqal ukoll li għalissa mhux se jkun qed jidħol għax-xogħol, sabiex ikompli jieħu l-mistrieħ meħtieġ.