Boris Johnson iżżewweġ lis-sieħba tiegħu Carrie Symonds f’ċerimonja sigrieta.
Il-Prim Ministru Ingliż li għandu 56 sena żżewweġ lil Symonds ta’ 33 sena f’ċerimonja żgħira fil-Katidral ta’ Westminster.
Din iċ-ċerimonja seħħet ftit jiem wara li rrifjutaw li jagħtu kumment dwar il-pjanijiet għal tieġ fis-sajf.
Dan huwa t-tielet żwieġ li Johnson issieħeb fih.