Għal darb’oħra, Boris Johnson irrifjuta t-talba sabiex jsir it-tieni referendum rigward l-indipendenza tal-Iskozja. Dan qalu f’ittra mibgħuta lil Ministru Nicola Sturgeon.
Sturgeon tenniet li hija kitbet ittra lill-Prim Ministru ftit wara l-elezzjoni ġenerali fejn talbet it-tieni referendum wara li r-riżultati tal-elezzjoni urew biċ-ċar li hemm mandat demokratiku.
Fit-tweġiba tiegħu Johnson kiteb li kemm hi u l-predeċessuri tagħha għamlu wegħda li r-referendum li sar fl-2014 kien mejqus bħala vot ta’ wieħed f’ġenerazzjoni. L-Iskoċiżi vvutaw fuq il-wegħda li r-Renju Unit għandu jibqa magħqud.