Wara t-tieni lejl tiegħu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva l-Prim Minsitru Ingliż Boris Johnson jidher li jinsab f’qagħda stabbli.
Huwa jinsab rikoverat fl-isptar St.Thomas f’Londra, bil-Ministru għas-Saħħa Ingliż jgħid li Johnson huwa stabbli u ottimist.
Is-Segretarju għall-Affarijiet Barranin Ingliż Dominic Raab li bħalissa qiegħed jagħmilha tad-deputat għall-Prim Ministru qal li jinsab kunfidenti li Johnson jegħleb din l-isfida u ddeskrivieh bħala qalbieni.
Hu ħabbar li Johnson qiegħed jirċievi trattament normali ta’ ossiġnu u li kien qed jieħu nifs mingħajr ebda assistenza.