Fl-ewwel indirizz tiegħu fil-Parmlament Ingliż, il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, wiegħed bidu ta’ era ġdida. Huwa semma kif il-gvern imexxi minnu se jkun qed jiffoka l-enerġija tiegħu fuq in-negozjati dwar Brexit.
Johnson assigura wkoll li ċitaddini tal-Unjoni Ewropea u li qed jgħixu fir-Renju Unit se jkollhom dritt li jibqgħu jgħixu fil-Ingilterra.
Dwar Brexit, il-Prim Ministru qal lill-Membri Parlamentari, illi jippreferi li l-pajjiż jitlaq mill-Unjoni Ewropea bi ftehim u żied jgħid illi hu se jaħdem biex dan iseħħ mingħajr xkiel.