Il-kabinett il-ġdid ta’ Johnson ħa jiltaqa’ għall-ewwel darba l-Ħamis filgħodu, qabel il-Prim Ministru l-ġdid jindirizza l-House of Commons.
L-Erbgħa tħabbar min ser ikunu l-membri tal-kabinett. Johnson ta l-aktar karigi importanti li dawk li huma favur Brexit.
Huwa ħatar lil Dominic Raab bħala Segretarju għall-Affarijiet Barranin u lil Priti Patel bħala Segretarja għall-Affarijiet Lokali. Filwaqt li lil Sajid Javid ħatru bħala kanċillier, wara li iktar minn nofs il-membri tal-kabinett ta’ Theresa May ma ġewx inklużi fil-kabinett ta’ Johnson, ewlieni fosthom Jeremy Hunt li kien qiegħed fit-tiġrija ma’ Johnson biex isir Prim Ministru.
Hunt stqarr li saritlu offerta għal kariga oħra iżda hu ma aċċettax. Penny Mordaunt u Liam Fox, li huma favur Brexit ingħataw il-karigi ta’ Segretarju għad-Difiża u Segretarju għall-Kummerċ Internazzjonali respettivament.
Dawn huma xi karigi oħrajn:
Stephen Barclay: Segretarju għall-Brexit (żamm postu)
Michael Gove: Kanċillier ta’ Lancaster u nkarigat mill-pjannijiet f’każ li Brexit ma jseħħx
Matt Hancock: Segretarju għas-Saħħa (żamm postu)
Gavin Williamson: Segretarju għall-Edukazzjoni
Nicky Morgan: Segretarju għall-Kultura
Andrea Leadsom: Segretarju għall-Kummerċ
Amber Rudd: Segretarju għax-Xogħol u l-Pensjonijiet (żamm postu)
Jacob Rees-Mogg: Mexej tal-Parlament Ingliż
Ritratt: BBC News