Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li huwa għamel attentat ġenwin biex jipprova jilħaq ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar Brexit.
Dan qalu fil-House of Commons jum biss wara li preżenta l-proposti tiegħu għal Brexit li suppost iseħħ fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Bil-proposti tal-Gvern ta’ Boris Johnson, l-Irlanda ta’ Fuq li tifforma parti mir-Renju Unit tibqa’ parti mis-suq waħdieni Ewropew.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Jeremy Corbyn sejjaħ il-proposti ta’ Johnson bħala mhux realistiċi u li jistgħu jagħmlu ħsara.