Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson qal li hemm evidenza ċara li r-Russja qed tippjana biex tinvadi l-Ukrajna.
Johnson kellu jwaqqaf ħesrem iż-żjara tiegħu li kellu f’parti mill-Ingilterra fejn qal li hemm sinjali li qed juru li hemm preparazzjoni serja li qed issir mir-Russja.
Hu se jkun qed jiddiskuti aktar tard dwar dan mal-President Amerikan, Joe Biden.
Ir-Russja ċaħdet li qed tippjana li tinvadi l-Ukrajna minkejja l-mitt elf suldat li hemm stazzjonati mal-fruntieri tal-Ukrajna.
Il-Kanċillier Ġermaniż, Olaf Scholz, iltaqa’ mal-President Ukren, Volodymyr Zelensku f’Kjev dwar dawn it-tensjonijiet.
Ir-Russja trid assigurazzjoni li l-Ukrajna qatt m’hi se tingħaqad man-Nato iżda membri alleati kienu kontra dan.