Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mistenni jattendi għal laqgħa tal-Gvern b’emerġenza fi Brussel wara li Franza għalqet il-fruntiera tagħha mar-Renju unit għal perjodu ta’ tmienja u ebrgħin siegħa.
Din il-mossa li ġiet mħabbra matul il-jum tal-Ħadd fissret li kellu jitwaqqaf ħesrem it-traġitti kollha ppjanati.
Il-Gvern Franċiż qal li din l-azzjoni li kienet neċessarja kellha titieħed fid-dawl tal-varjant il-ġdid tal-COVID-19 li nstab f’pazjenti fir-Renju Unit.
Pajjiżi oħra bħal Ġermanja, l-Italja, il-Belġju, l-Irlanda, it-Turkija u l-Kanada ssospendew titjiriet ġejjin mir-Renju Unit.
L-Isvezja wkoll waqfet temporanjament dawn it-titjiriet kif ukoll anke l-Awstrija. Filwaqt li l-Bulġarija ser tissospendi titjiriet minn u lejn ir-Renju Unit minn nofsilejl u mistennija tibqa’ fis-seħħ sal-aħħar ta’ Jannar.