Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson se jkun fi kwarantina wara li kellu kuntatt mal-Ministru għas-Saħħa Ingliż, Sajid Javid li rriżulta pożittiv għall-COVID-19.
Huwa mifhum li l-Ministru Javid kellu laqgħa mal-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson sigħat qabel ma beda jħossu ħażin. Madanakollu, għall-ewwel ġie rrapportat li Johnson ma kienx se joqgħod fi kwarantina, iżda ftit wara dawwru l-fehma.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/07/18/il-ministru-ghas-sahha-ingliz-jirrizulta-fil-pozittiv-ghall-covid-19/