Boris Johnson huwa l-mexxej i-ġdid tal-Partit Konservattiv Ingliż, u allura, il-Prim Ministru il-ġdid tar-Renju Unit.
Dan kien ikkonfermat it-Tlieta waranofsinhar hekk kif intemmet it-tellieqa bejn u bejn Jeremy Hunt għas-siġġu vakanti ta’ Theresa May.
Il-konferma tal-kariga ġdida ta’ Johnson ġiet ftit tal-minuti biss wara li Theresa May mexxiet l-aħħar laqgħa tal-Kabinett f’Westminster.
Johnson kiseb mal-65% tal-voti minn 159,000 membru tal-Partit. Il-kampanja damet għaddejja 46 jum.
Huwa kiseb aktar minn 92,000 vot.