“Wasal iż-żmien biex id-dinja tqum u tibda tqis it-tibdil fil-klima bħala problema reali.”
Iddikjara dan il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson proprju fid-diskors li għamel fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fi New York.
Huwa saħaq li d-dinja bħalissa miexja għal punt kritiku ta’ din is-sitwazzjoni, fejn il-pajjiżi għandhom jieħdu r-responsabbilità tad-diżastri naturali li qed iseħħu.
Għal din l-Assemblea Ġenerali mistennija jattendu madwar mitt mexxej dinji.