Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, ta l-aħħar tislima tiegħu f’diskors li għamel hekk kif Liz truss mistennija tieħu l-irwol ta’ Prim Ministru.
Fl-aħħar diskors tiegħu bħala Prim Ministru, Johnson ta l-appoġġ tiegħu lil Truss fejn qal kif dak li kellu jagħmel, wettqu.
Flimkien ma’ Truss se jkun qed jivvjaġġa lejn Balmoral f’Aberdeenshire fejn se jkun qed jippreżenta r-riżenja tiegħu lir-Reġina li se tkun qed tapponta lil Truss bħala Prim Ministru.
Truss se tkun it-tielet Prim Ministru mara, wara Margaret Thatcher u Theresa May.