Boris Johnson u s-sieħba tiegħu Carrie Symonds qegħdin jistennew tarbija li mistennija titwieled fis-sajf li ġej.
Symonds li għandha 31 sena ħabbret ukoll li jinsabu għaddejjin bil-preparamenti għat-tieġ tagħhom.
Infatti Johnson li għandu 55 sena huwa l-ewwel Prim Ministru Ingliż li mhuwiex miżżewweġ.
Symonds bdiet taħdem fil-Partit Konservattiv lura fl-2009 fejn kienet taħdem bħal Uffiċjal tal-Komunikazzjoni tal-Partit.