Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qed jaffaċċja talbiet mingħand uffiċjali għolja Konservattivi sabiex jirreżenja mill-kariga tiegħu.
Dan wara li ammetta li attenda għal festin kbir waqt żmien ta’ lockdown.
Johnson talab skuża għal mod kif aġixxa waqt dan il-festin li sar f’Downing Street fl-2020 u li jifhem ir-rabja tal-pubbliku.
Membri mill-Kabinett fosthom id-Deputat Prim Ministru Dominic Raab taw l-appoġġ lil Johnson.