Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ppreżenta l-pjan sabiex jibdew jitnaqqsu r-restrizzjonijiet tal-lockdown li ser jiskatta minn nhar il-Erbgħa li ġej, fejn ħa jħalli lin-nies jqattgħu aktar ħin barra mid-dar.
Johnson appella li dawk li ma jistgħux jaħdmu mid-dar għandhom jirritornaw lura għal-postijiet tax-xogħol tagħhom.
Filwaqt li t-tfal tal-iskejjel Primarji ħa jirritornaw lura fuq il-bankijiet tal-iskola sal-1 ta’ Ġunju.
Huwa żied jgħid li l-pass li jmiss ikun li n-negozji u postijiet pubbliċi oħra jiftħu mhux iktar kmieni mill-1 ta’ Lulju.
Dawn il-pjanijiet huma maħsuba għal-Ingliterra biss. L-Iskozja, Wales u l-Irlanda ta’ Fuq mistennija jaħsbu għal pjanijiet rispettivi tagħhom.