Andrew Borg Cardona, esponent ewlieni Nazzjonalista mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil infexx f’tgħajjir estrem kontra dawk li jappoġġjaw lil Adrian Delia.
Qalilhom li huma Nazzjonalisti tat-tielet klassi.
F’kitba fuq il-profil tiegħu fuq facebook, li iżda tneħħiet ftit wara, Borg Cardona żied jgħid li imbagħad hemm dawk li jridu lil Kap Nazzjonalista jitlaq.
Dawn sejħilhom bħala Nazzjonalisti tal-ewwel klassi u nies li għandhom moħħ.
Dan il-kumment ta’ Borg Cardona, persuna li qatt m’aċċetta l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, ġab l-istmerrija ta’ bosta.
Nazzjonalisti stess ħarġu jikkritikaw l-attakk sfrenat ta’ Borg Cardona lejn nies li jappoġġjaw il-fazzjoni ta’ Adrian Delia.
Fost dawn kien hemm il-Kunsillier Nazzjonalista ta’ San Ġiljan Sean Gauci.
“Din hija eżattament l-attitudni li l-Partit Nazzjonalista jrid jeħles minnha”, kiteb Gauci fuq il-profil tiegħu fuq facebook b’referenza għall-kitba ta’ Andrew Borg Cardona.
Gauci kiteb le għall-elitiżmu.
Andrew Borg Cardona huwa figura deskritta bħala pont bejn tal-Occupy Justice u s-Soċjetà Ċivili u l-fazzjoni tal-Partit Nazzjonalista li issa qed tappoġġja lil Therese Comodini Cachia.
Borg Cardona, li taħt Gvernijiet Nazzjonalisti kien jieħu sensiela ta’ direct orders mhux l-ewwel darba li uża kliem iebes u dispreġjattiv fil-konfront ta’ nies li ma jħaddnux l-istess fehmiet tiegħu.
Bħal daż-żmien sentejn kien qal hekk lill-ġurnalisti ta’ ONE News.