Bord indipendenti, immexxi mill-Professur Joe Cacciattolo, lesta l-inkjesta mitluba mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne dwar inċident li ġara fl-24 ta’ Awwissu fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex rigward it-trasferriment ta’ pazjent għal Malta. Il-bord ma sabx li kien hemm nuqqas fis-servizz tal-helicopter. Fil-konklużjoni tiegħu l-bord jgħid hekk:
“The procedures followed were in line with established normal practice and protocols. No difficulties were encountered during the transfer of the patient from GGH to MDH. The patient was only transferred to MDH once the attending physician considered that it was safe to do so. The air ambulance helicopter was available when a decision was taken that the patient needed transfer to MDH.”
Il-bord sab ukoll illi l-arranġament bejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u l-kumpanija tal-vapuri Gozo Channel kien wieħed ibbażat fuq prassi tradizzjonali u rrakkomanda illi dan l-arranġament ta’ traġit ta’ ambulanzi bil-vapur jiġi fformalizzat.