Mill-ewwel ta’ Jannar li ġej il-Gvern se jintroduċi miżura li biha l-ġenituri ta’ kull tarbija li titwieled jew tiġi addottata se jkunu qed jirċievu għotja ta’ €300.
Dan se jkompli jsaħħaħ l-impenn ta’ diversi Gvernijiet Laburisti li matul is-snin varaw diversi miżuri bħal ma huma l-benefiċċji tal-maternità, iċ-children’s allowance, l-għotja tal-addozzjoni u child care b’xejn.