Chris Bonnet, eks Viċi-President tal-MFA li telaq mill-assoċjazzjoni Maltija minħabba kariga għolja fil-UEFA, se jkun qed jerġa’ lura pajjiżna.
Chris Bonnet, li kellu l-kariga prestiġjuża ta’ integrity officer tal-UEFA kiteb fuq il-profil tiegħu ta’ facebook li din ma kinetx deċiżjoni faċli. “Iżda, il-kuntentizza tal-familja tiegħu tiġi qabel kull kunsiderazzjoni professjonali,” kiteb l-avukat li ma setax jonqos li jesprimi xi ftit tad-dieqa għal dak li se jħalli warajh fl-Iżvizzera.
F’pajjiżna Bonnet se jkun qed ikompli l-ħidma tiegħu fl-isport fis-Segretarjat Parlamentari għall-isport.