L-avukat Chris Bonnet se jkun l-integrity officer ġdid tal-UEFA biex irriżenja minn Viċi-President tal-Malta Football Association.
“Kienet opportunità kbira wisq,” qal l-avukat Bonnet f’kummenti ma’ one.com.mt fejn ikkonferma l-aħbar u rrimarka kif il-ġibda lejn din il-kariga prestiġjuża issa kienet kbira wisq.
Mistoqsi b’mod dirett jekk din id-deċiżjoni ħadiex wara li deher kien hemm favoriti oħra għall-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-MFA (wara r-riżenja ta’ Bjorn Vassallo) Bonett qal li dan ma kellu x’jaqsam xejn.
Saħaq li din ried jagħmilha ċara u tenna li d-deċiżjoni kienet purament xprunata mill-fatt li l-opportunità li ngħata ma setax jagħtiha bis-sieq.