Grenades magħrufa bħala bombi tal-idejn, machine guns li jisparaw il-velenu, pistoli u mat-tmien mitt balla huma fost l-affarijiet li xtara Yorgen Fenech minn fuq id-dark web.
Dan skont xhieda tad-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia.
Fil-Qorti ntqal li s-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia xtara dawn l-armi kollha sena wara l-mewt ta’ Caruana Galizia.
Dr Galea Farrugia xehed li Fenech ħallas għal dawn l-armi bil-Bitcoin.
Intqal li mal-pistoli xtara silencers u anki ssemmiet email li turi li Fenech kien assigurat li l-għoxrin gramma ta’ kimika tossika li ordna kienet telqet minn fein ordnaha biex tasal għand ix-xerrej.
Id-Difiża oġġezzjonat għall-preżentazzjoni tal-lista tal-allegat xiri tal-armi msemmija billi argumentat li l-Prosekuzzjoni qed tonqos tipprova li fil-fatt Yorgen Fenech xtara dawn l-oġġetti.
Id-Dark Web hija sistema li biex taċċessaha jkollok software apposta.
https://www.one.com.mt/2021/08/18/yorgen-fenech-jitpogga-taht-kap-takkuza-u-bhekk-se-jghaddi-guri/