Splużjoni kkawżata minn karozza b’bomba biswit l-uffiċċju tal-Gvernatur f’Adana, fit-Turkija, ħalliet żewġ persuni mejta u sittax midruba.
Il-karozza splodiet f’parkeġġ viċin l-entratura tal-uffiċċju, b’filmati juru ħsarat estensivi fil-faċċata tal-binja.
Qed ikun irrapurtat li l-pjanċi tal-karozza kienu identifikati, u b’rabta ma’ dan qed tinżamm mara arrestata.
Ħadd għadu ma refa’ r-responsabbiltà għal dan l-attakk.