Bomba suwiċida fuq moskea fil-belt ta’ Kunduz fl-Afganistan ħalliet minn tal-anqas 50 persuna mejta f’dak li qed jissejjaħ l-aktar attakk qattiel mindu telqu t-truppi Amerikani mill-pajjiż.
Aktar minn mitt persuna sfaw midruba minħabba l-attakk, u ħadd għadu ma refa’ resposabbiltà tal-attakk. Ħafna qed jaħsbu li seta’ kien il-grupp IS-K li qed jopponi t-tmexxija tat-Talibani u wettaq splużjonijiet fil-Lvant tal-pajjiż fl-aħħar jiem.
Ritratt: Getty Images