Bomba suwiċida attakkat konvoj ta’ truppi internazzjonali qrib l-arjuport fil-belt Afghana ta’ Kandahar. Dan skont uffiċjali tas-sigurtà lokali.
Il-kelliem tal-koalizzjoni militari tan-NATO għadu ma kkonfermax ir-rapport.
L-arjuport ta’ Kandahar jospita bażi militari għat-truppi internazzjonali li qed jgħinu s-servizzi ta’ sigurtà Afghani.