Erba’ uffiċjali tas-sigurta tilfu ħajjithom u ħamsa oħra sfaw midruba f’attakk suwiċida fl-Arabja Sawdija.
L-attakk seħħ biswit Moskea f’Medina – waħda mill-iktar bliet meqjusa ta’ qima fil-pajjż.
Fil-Moskea fejn seħħ l-attakk hemm mifdun il-Profeta Muhammed; u Medina hija l-aktar belt qaddisa fl-Arabja Sawdija wara Mecca.
Attakki suwiċida oħra seħħew f’żewġt’ibliet oħra fl-istess pajjiż nhar it-Tnejn.
Huwa maħsub li l-moħħ wara l-attakk huma l-hekk imsejħa Militanti tal-Istat Iżlamiku