L-apps tal-ikel Bolt u Wolt issospendew temporanjament il-kunsinni hekk kif il-maltempata Helios qed taħkem il-gżejjer Maltin.
F’messaġġ fuq l-app tagħhom, Wolt Food spjegaw li minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, is-servizz tagħhom twaqqaf. Kompliet tispjega li s-sigurtà tal-ħaddiema tagħhom hija prijorità, u talbu lill-utenti biex jerġgħu jiċċekkjaw għal aġġornamenti fuq l-app stess.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sadanittant, kull ristorant jew negozju fuq Bolt Food qed jagħti l-messaġġ “mhux disponibbli minħabba domanda għolja” fuq l-app tal-mowbajl.