Usain Bolt, rebbieħ ta’ sitt midalji tad-deheb mhux se jkun qed jipparteċipa fil-kampjonat nazzjonali tal-atletika Ġamajkan, dan wara li ħass uġigħ f’saqajh.
Il-mediċi spjegaw kif dan l-uġigħ, kien riżultat ta’ tiċrita fil-hamstring tax-xellug. Bolt spjega kif wara li l-ġimgħa rebaħ is-semi finali, beda jħoss uġigħ f’saqajh.
Huwa stqarr li minkejja din l-injury huwa se jkun qed jittrenja biex ikun jista’ jikkompeti fil-logħob ta’ RIO.
Tlett ġimgħat ilu, Bolt, kiser ir-rekord tad-dinja fejn f’ 9.88 sekonda rnexxielu jagħmel 100 metru.