Fl-aħħar tellieqa tal-mitt metru qabel jirtira, il-Ġamajkan, Usain Bolt ma rebaħx il-medalja tad-deheb iżda minflok rebaħ dik tal-bronż.
Dan wara rebħa sorpriża minn Justin Gatlin li rnexxielu jtemm il-mitt metru tellieqa f’disgħa sekondi punt disgħa tnejn, punt żero tnejn ta’ sekondu qabel l-Amerikan Christian Coleman li spiċċa fit-tieni post.
L-atleta rebbieħ ġie sospiż darbtejn minħabba d-doping iżda din id-darba l-ġurnali kellhom kliem ta’ tifħir għalih għal mod ta’ kif irnexxielu jirbaħ lill-istilla tal-isport Usain Bolt.
Biex dik li kienet pjanata bħala lejla ta’ ċelebrazzjoni li timmarka t-tim tal-karriera impekkabbli li kellu Bolt spiċċat f’diżappunt, iżda xorta waħda ingħata tislima xierqa fit-tmiem tal-ġirja minn dawk preżenti.