MaltaPost se tkun qed toħroġ żewġ bool ġodda li jfakkru bejjiegħa tipiċi tas-suq tal-monti, f’ambjent tradizzjonali ta’ suq fil-miftuħ.
Dawn il-bolol ġew iddiżinjati mill-artist Daniel Spiteri u se jkunu qed joħorġu fit-8 ta’ Awwissu li ġej.
Il-Kooperazzjoni ta’ Amministrazzjonijiet Postali Ewropej Żgħar (SEPAC) hija assoċjazzjoni ta’ 13-il awtorità postali Ewropej fejn kull sena, tniedi ħarġa konġunta ta’ bolol, b’tema komuni, mill-pajjiżi membri kollha fi ħdan is-SEPAC. It-tema għall-14-il edizzjoni tas-SEPAC, hija “Swieq Tradizzjonali”.
Il-bolol il-ġodda ser jinħarġu f’folji ta’ għaxra. Kull bolla hija ta’ daqs 31mm x 44mm, b’perforazzjoni ta’ 13.9 x 14.0 u għandha marka bis-salib ta’ Malta. Kull folja hija ta’ daqs 185mm x 118mm. Il-ħarġa tikkonsisti f’500,000 bolla tal-€1.50 u 30,000 bolla tal-€1.80.
Ordnijiet jistgħu jsiru onlajn fuq www.maltaphilately.com jew bil-posta mill-Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c., 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001.