Fi stqarrija, il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, l-FSWS saħaq li jista’ jagħti s-serħan il-moħħ, li l-ebda ħaddiem tal-Fondazzjoni mhu se jkollu impatt negattiv fuq il-pensjoni u l-benefiċċji soċjali li jirċievi.
Alfred Grixti stqarr dan b’rabta ma’ stqarrija tal-Unjin Ħaddiema Magħqudin, li qalet li hemm mal-erba’ mitt ħaddiem tal-FSWS li ma kinux tħallsulhom il-kontribuzzjonijiet għas-sigurtà soċjali fi żmien Gvern Nazzjonalista, jiġifieri bejn is-sena elfejn u l-elfejn u sebgħa.
L-ammont inkwistjoni rappurtat jammonta għal għaxar miljun ewro.
Grixti ċċara li kważi nofs il-ħaddiema milquta diġà kellhom il-pożizzjoni tagħhom irranġata mad-Dipartiment għas-Sigurtà Soċjali.
Grixti rrimarka li mill-2008 ’il quddiem kull ħaddiem tal-FSWS tħallsitlu l-bolla.