Il-kumpanija tal-manifattura tal-ajruplani Boeing irrakkomandat li l-ajruplani tagħha tal-għamla 777 ma jintużawx u jibqgħu l-art, wara li ajruplan minnhom kellu ħsarat fil-magni.
Il-każ seħħ is-Sibt meta l-ajruplan, li dak il-ħin kellu 231 persuna abbord, kien kostrett jirritorna l-ajruport ta’ Denver, f’Colorado, l-Istati Uniti, bħala prekawzjoni. Ħadd ma jidher li weġġa’ f’dan il-każ. Jidher li b’kollox hemm 128 ajruplan ta’ din l-għamla.
Fi stqarrija l-kumpanija kkonfermat ukoll li għaddejja investigazzjoni interna dwar dan.