L-Amerka tinsab pass eqreb li tkun tista’ terġa’ tibgħat lin-nies tagħha fl-orbità – kapaċità li kienet nieqsa minnha kważi disa’ snin.
Illum il-Ġimgħa, il-kumpanija Boeing se tniedi kapsula magħrufa bħala Starliner bħala test fl-Istazzjon Internazzjonali Spazjali l-ISS. Din id-darba l-vettura se tkun qed iddur mingħajr ħaddiema fuqha. Jekk dan it-test ikun ta’ suċċess mingħajr inċidenti, l-astronawti tan-NASA jkunu jistgħu jibdew jużaw din il-kapsola mis-sena d-dieħla.
It-tlugħ se ssir kmieni wara nofsinhar mill-Istazzjon tal-Forza tal-Ajru fi Florida u mistennija tinżel fi New Mexico fis-sigħat bikrin tat-28 ta’ Diċembru.