Żurrieq għaddew għall-finali għar-rebħ tal-kampjonat tal-1 Diviżjoni meta l-Ġimgħa filgħaxija għelbu lil Żebbuġ bl-iskor ta’ 21 għal 5. B’hekk issa jilghabu kontra t-team ta’ St Peters Żabbar nhar il-Ġimgha 25 ta’ Ottubru għal min se jkun inkurunat champion tal-1 Diviżjoni.Żurrieq ħarġu tajjeb u ma’ l–ewwel ħin tal-logħba għamlu l-punteġġ 12 ma’ 2 biex waqfu għall-intervall.Kif tkompliet il–partita Żurrieq reġgħu kienu tajjeb u għamlu l–iskor 16 ma’ 2 . Iż-żebbuġin għamlu sostituzzjoni u flok Paul Vassallo daħal jilgħab Gorg Grech.Żebbuġ dehru li se jagħmlu rimonta iżda l-iskor sar 16 ma’ 5. Żurrieq ma ħarsux lura u rebħu l-logħba 21 ma’ 5 fost il-ferħ
tal-partitarji tagħhom.Żurrieq qed jimiraw li jirbħu l-ewwel kampjonat fl-istorja tal-klabb tagħhom. Il-logħba kienet ikkontrollata mir–referee MARIO ENRIQUZ mgħejjun minn ALFRED PULIS.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI