Illum fil-pitch ta’ Hal Lija se tintlagħab il-logħba sabiex ikun magħruf min se jgħaddi għall-finali għar-rebħ tal-kampjonat tal-1 Diviżjoni tal-federazzjoni Boċċi.
Il-logħba tkun bejn it-timijiet ta’ Żebbuġ u Żurrieq.
Żebbuġ li spiċċaw fit-tieni post fl-ewwel round fil-play off ta’ qabel lil Lija 21-0 filwaqt li Żurrieq li flewwel round spiċċaw fit-tielet post għelbu lil Għaxaq 21-13.
It-team ta’ Żebbuġ hu kompost mill-plejers: Joseph Tabone, Paul vassallo, Chris Mallia, Ġorġ Grech u Paul Borġ.
It-team ta’ Żurrieq hu kompost minn Rodrick Abela, Joe Casha, Amabile Spiteri, Charlie Buttiġieġ, Godwin Axiaq u Alfred Grixti.
Il-logħba tal-lejla tibda fis-6.30pm.
Ir-rebbieħ fil-logħba tal-lum jilgħab il-finali għar-rebħ tal-kampjonat tal-1 Diviżjoni kontra St Peter’s Żabbar
(Photo Credit Main Photo: Elena Grech)

