Żebbuġ u St Peter’s Żabbar għalqu l-ewwel round tal-Kampjonat tal-1 Diviżjoni tal-Federazzjoni Boċċi fl-ewwel post tal-klassifika. Iż-żewġ timijiet għandhom 9 punti kull wieħed.
Fil-logħob li kellna din il-ġimgħa, Żebbuġ kellhom rebħa faċli kontra San Pawl 21-0. Min-naħa tagħhom St Peters ħarġu rebbieħa kontra Buġibba bl-iskor ta’ 21-15.
Fit-tieni post tal-klassifika, b’7 punti kull wieħed, insibu tliet timijiet: Msida, Zurrieq u Lija.
Msida f’darhom għelbu lil Luqa 21-10. F’logħba mistennija u kumbattuta, Lija rebħu lil Żurrieq 21-19.
Wara bidu problematiku, Għaxaq jidhru li rkupraw sew u issa għandhom 6 punti, l-istess daqs Thalassalejn. Ta’ nota li din il-ġimgħa Għaxaq ħarġu rebbieħa kontra Żejtun f’logħba kumbattuta bl-iskor ta’ 21-19.
Isegwu fil-klassifika, Buġibba b’5 punti, Luqa u Żejtun b’4 punti u b’punt kull wieħed hemm Birgu u Marsamxett, bil-ġirbin din il-ġimgħa kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lill-istess Marsamxett bl-iskor ta’ 21-9.