Meta t-Tlieta filgħaxija kompla l-logħob bir-raba’ ġurnata tal-kampjonat tal-1 Diviżjoni tal-Boċċi, Żebbuġ baqgħu bla telfa meta kisbu r-raba’ rebħa infila.
Fil-logħba tal-bieraħ huma għelbu f’darhom lil Buġibba bl-iskor ta’ 21-12.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fost logħob ieħor, spikka d-derby ta’ Ħaż-Żabbar bejn Żabbar Boċċi Club u St Peter’s Żabbar, b’dawn tal-aħħar joħorġu rebbieħa bi skor ta’ 21-20.
F’riżultati oħra:
Għaxaq 21-3 Birkirkara
Tarxien 21-15 Thalassalejn
Msida 21-1 Lija
Żurrieq 21-16 Żejtun
(Photo Credit: Żebbuġ Boċċi Klabb)