Żebbuġ jinsabu fil-quċċata tal-klassifika tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Boċċi hekk kif kisbu punti massimi mill-ewwel tliet logħbiet li lagħbu. Ilbieraħ huma għelbu lil Thalassalejn 21-10.
Lija kisbu t-tieni rebħa staġjonali barra minn darhom hekk kif għelbu lil Birkirkara 21-18 filwaqt li Buġibba kisbu rebħa dominanti ta’ 21-9 kontra Għaxaq.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Żabbar u Żurrieq kellhom rebħiet identiċi ta’ 21-14 kontra Żejtun u Msida rispettivament b’St Peter’s Żabbar li ħasdu lil Tarxien tant li rebħu 21-2.