Bejn it-Tlieta u l-erbgħa intlagħabet it-tieni ġurnata tal-Kampjonati tal-Federazzjoni Boċċi.
Kampjonat 1 Diviżjoni
It-timijiet ta’ Għaxaq, St. Peters Żabbar, Żurrieq, Birgu u Żebbuġ kellhom it-tieni rebħa.
Għaxaq kisbu rebħa barra minn darhom kontra Birkirkara bl-iskor ta’ 21-10.
Żurrieq dawru telfa f’rebħa meta għelbu lil Lija. Għal xi ħin Lija kellhom vantaġġ ta’ 16-3 iżda Żurrieq wettqu rimonta biex dawru r-riżultat 21-17 favur tagħhom.
Min-naħa tagħhom St. Peters Boċċi Klabb Żabbar għelbu lil Qormi San Bastjan 21-15.
Konfront ieħor missielet kien dak bejn Marsamxett u Żebbuġ. Logħba li ntrebħet minn Żebbuġ lbl-iskor ta’ 21-20.
F’logħob ieħor Birgu għelbu lil Birżebbuġa 21-9 filwaqt li ċ-Champions Msida kisbu l-ewwel rebħa tagħhom meta għelbu lil Buġibba bl-iskor ta’ 21-2.
Kampjonat 2 Diviżjoni
Thalassalejn, Żabbar u Floriana kellhom it-tieni rebħa tal-istaġun.
Tarxien 6-21 Thalassalejn
Mosta 12-21 Zabbar
Zejtun 19-21 Foriana
Bormla 17-21 Cospicua Rangers
Fgura 20-21 Luqa
Sta Lucia 15-21 Kalkara
Kampjonat 3 Diviżjoni
Ħamrun u San Ġwann kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun.
Sta Venera 5-21 San Ġwann
Isla 2-21 Ħamrun
Qrendi 17-21 Pieta’
Marsaskala 5-21 Qormi San Ġorġ