St Peter’s Żabbar Boċċi Klabb fetħu l-istaġun tajjeb meta rebħu s-Super Cup tal-Federazzjoni Boċċi. Dan wara li fil-finali, li ntlagħbet fil-pitch ta’ Buġibba il-Ġimgħa filgaħxija, huma għelbu lil Għaxaq bl-iskor ta’ 21-20.
Kienet finali kumbattuta li baqgħet missielta sal-aħħar.
Għaxaq fetħu tajjeb meta ir-riżultat kien jaqra 11 ma’ 3. St Peter’s Żabbar bdew jidħlu fil-partita u r-riżultat ġie 14-13 dejjem favur Għaxaq.
Għaxaq reġgħu irkupraw u għamlu r-riżultat favur tagħhom 20 ma’ 16.
L-aħħar ġugata rat lil St Peter’s Żabbar jagħmlu logħob tajjeb tant li rebħu l-finali 21-10 grazzi għal ħames punti f’daqqa.
Il-finali kienet ikkontrollata mir-referee Mario Enriquez Mancin.
Fi tmiem il-finali saret il-preżentazzjoni tat-tazza mill-president tal-federazzjoni Klabbs tal-Boċċi Clinton John Saliba.
Intant nhar it-Tlieta 1 ta April se jingħata bidu għall-Kampjonat Nazzjonali tal-Boċċi.

