Din il-ġimgħa ingħata bidu għal-istaġun il-ġdid tal-Federazzjoni Boċċi bl-ewwel ġurnata tal-Kampjonati tal-ewwel, it-tieni u t-tielet diviżjoni.
Kampjonat 1 Diviżjoni
Iċ-Champions Msida bdew b’telfa barra min darhom kontra tim ta’ St Peters Żabbar bil- puntegg ta’ 21 ma 18. Kienet partita sabiħa u nteressanti sal-aħħar fejn Msida
għamlu ħin twil minn fuq iżda t-tim ta’ St Peters Żabbar baqa’ jissielet sal-aħħar biex ħareġ rebbieħ.
Għaxaq rebħu ġewwa darhom kontra t-tim ta Qormi San Bastjan bl-iskor ta’ 21- 5.
Żurrieq għelbu lil Birkirkara bil-punteġġ ta’ 21-6.
Buġibba għelbu lil Birżebbuġa 21-9.
Min-naħa tagħhom Birgu rebħu lil Marsamxett 21-12.
Żebbuġ għelbu lil Lija bi skor ta’ 21-7.
Ta’ nota li t-timijiet li lagħbu fil-pitch tagħhom kolha ħarġu rebbieħa.
Kampjonat 2 Diviżjoni
Kalkara 8-21 Bormla
Thalassalejn 21-17 Luqa
Fgura 17-21 Floriana
Żejtun 21-6 Mosta
Cospicua Rangers 12-21 Tarxien
Żabbar 21-13 Santa Lucia
Kampjonat 3 Diviżjoni
Pieta 19-21 San Ġwann
Qormi San Ġorġ 6-21 Sta Venera
Qrendi 21-9 Isla
Ħamrun 21-16 Marsaskala