Msida huma ċ-Champions tal-Kampjonat tal-1 Diviżjoni tal-Boċċi hekk kif fil-finali tal-play offs għar-rebħ tal-kampjonat it-Tnejn filgħaxija huma għelbu lil Żebbuġ bl-iskor ta’ 21-20. Kif jixhed ir-riżultat, kienet finali kumbattuta u mimlija emozzjonoijiet u li ntlagħbet fil-pitch ta’ Qormi San Bastjan.
Bir-rebħa tal-bieraħ, Msida rebħu dan il-kampjonat għt-tielet darba fl-istorja.
Fis-Sena 2007 rebħu l-ewwel Kampjonat Nazzjonali organizzat mill-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci, fis-Sena 2019 bdew jilagħabu fiċ-Championship Pool, fejn rebħu għat-tieni darba dan il-Kampjonat Nazzjonali. Msida reġgħu naqqxu isimihom sentejn wara fis-Sena 2019 meta kienu rebħu l-aħħar Kampjonat.
Wara waqfa ta’ sentejn minħabba l-pandemija, kien hemm stennija għal-finali ta’ din is-sena, finali li saret quddiem pubbliku numeruż.
Il-finali ħadet aktar min erba’ siegħat u nofs l-loghob.
Għat-team ta’ Żebbuġ bdew il-logħba bħala Garaturi Roderick Abela, Owen Bezzina u bħala Fendatur beda il-logħba Mabli Spiteri, Meta ir-riżultat kien 5 ma’ 4 favur Żebbuġ, daħal il-Fendatur sostitut Paul Pace minflok Mabli Spiteri.
Għat-team ta’ Msida lagħbu bħala Garaturi Joseph Tabone, Paul Vassallo u bħala Fendatur Christ Mallia.
It-Tim Żebbuġi għamel bidla fil-Garatur meta inqala’ Roderick Abela u daħal bħala sostitut George Grech.
It-Tim ta’ Msida ġab ir-riżultat 10 ma’ 5 favur tagħhom u saret waqfa għall-intervall.
Il-logħba kompliet, fejn wara li saret din il-bidla ż-Żebbuġin għamlu 2 punti biex ir-riżultat ġie 10 ma 7, favur Msida.
Msida komplew jilgħabu tajjeb fejn reġgħu għamlu 2 punti oħra biex ġabu r-riżultat 7 ma’ 12 favur il-Msidjani.
Zebbuġ għamlu 2 punti oħra bir-riżultat ġie jaqra 12 ma 9 favur Msida. Fil-Ġugata ta’ wara l-Msida għamlu 2 punti ohra biex ir-rizultat gie 14 ma’ 9 favur it-im ta’ l-Msida.
It-tim ta’ Msida kompla bil-logħob tajjeb u reġgħu għamlu 3 punti oħra biex ġabu r-riżultat 17 ma 9 favur Msida. Żebbuġ għamlu punt wieħed biss fil-ġugata ta’ wara fejn ir-riżultat ġie 10 ma’ 17 favur Msida.
Żebbuġ għamlu 4 punti bir-riżultat 14 ma’ 17 favur it-tim ta’ Msida. Iż-Żebbuġin reġgħu daħlu fil-logħba fejn reġgħu għamlu punt ieħor biex bir-riżultat ġie 15 ma 17 favur Msida.
B’rimonta qawwija it-tim Żebbuġi għamel 5 punti, fejn marru minn fuq, fejn għal riżultat ta’ 20 ma’ 17.
Finali li ħalliet lil kulħadd fuq ix-xwiek sal-aħħar.
It-Tim ta’ Msida fl-aħħar ġugata għamlu l-punti li kellhom bżonn biex rebħu din il-logħba 21 ma 20.
Finali li kienet ikkontrollata mir-Referee is-Sur Enriques Decelis ul- Assistent Referee kien is-Sur Stephan Fardell. ●
Il-Preżentazzjoni saret mill-President tal-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi s-Sur Clinton John Saliba, fost il-ferh tal-Partitarji numeruż Msidjani.