Kalkara huma ċ-champions tal-Kampjonat tat-3 Diviżjoni tal-Boċċi meta fil-finali li ntlagħbet l-erbgħa filgħaxija fil-pitch ta’ San Ġwann għelbu lil Luqa bl-iskor ta’ 21 għal 17.
Kienet finali kumbattuta bejn iż-żewġ timijiet li ddominaw dan il-kampjonat matul l-istaġun.
Fil-fatt l-ewwel fażi tal-kampjonat rat lil Luqa itemmu fl-ewwel post b’total ta’ 17-il punt, segwiti minn Kalkara fit-tieni post b’16-il punt.
Fis-semifinali tal-play offs Luqa għelbu lil Qrendi u Kalkara lil Fgura sabiex waslu għall-finlai tal-bieraħ li ddeterminat ir-rebbieħ tal-kampjonat.