Il-plejer ta’ Żebbuġ Joseph Tabone ġie kkonfermat bħala ċ-champion ta’ Malta tal-Federazzjoni Boċċi hekk kif fil-finali li ntlagħbet l-erbgħa filgħaxija huwa għeleb lill-plejer ta’ Buġibba Godfrey Sciberras bl-iskor ta’ 21-19.
Għal Tabone dan kien it-tielet titlu konsekuttiv u r-raba’ wieħed fil-karriera.
Il-finali, li intlagħbet fil-pitch ta’ San Ġwann, kienet waħda kumbattuta u li setgħet marret kull naħa.
Fi tmiem il-finali saret il-preżentazzjoni tat-tazza lil Tabone mill-president tal-Federazzjoni Boċċi Clinton John Saliba.
Intant saru magħrufa d-dati u l-finalisti tal-kompetizzjonijiet Knock Out li jmiss.
Finali KO 2X2: Tal-Grazzja (Għaxaq) vs St Philip (Żebbuġ) – Il-Ħadd 1 ta’ Diċembru fid-9.30am (Msida Pitch)
Finali 3X3 (Tal-Anġlu): Birkirkara vs Għaxaq – L-Erbgħa 4 ta’ Diċembru fis-6.30pm (Tarxien Pitch)