Meta din il-ġimgħa kompla l-kampjonat tal-fFderazzjoni Boċċi, fl-ewwel diviżjoni Għaxaq jinsabu waħedhom fl-ewwel post tal-klassifika hekk kif ħadu rebħa kontra Paola Schreiber filwaqt li l-eqreb sfidanti tagħhom Msida tilfu kontra Żebbuġ. Iż-żebbuġin għelbu lill-misidjani bi skor ta’ 21 ghal 5 biex issa jinsabu jaqsmu t-tieni post mal-istess Msida u Xgħajra St Peter’s.
Fit-tieni diviżjoni Birkirkara għamluwhom disa’ rebħiet minn daqstant logħbiet meta għelbu lil Floriana 21-7. B’hekk baqgħu waħedhom fl-ewwel post tal-klassifika. Birgu żammew il-pass fit-tieni post b’rebħa fuq Cospicua Rangers 21-3.
Luqa, Fgura u Kalkara komplew jiddominaw il-kampjonat tat-tielet diviżjoni hekk kif kisbu rebħa fil-logħob li sar il-bieraħ. Huma għadhom qed jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika bi 8 punti kull wieħed.