Hal Għaxaq u Msida żammew posthom fl-ewwel post tal-klassifika tal-ewwel divizjoni tal-Federazzjoni Boċċi hekk kif kellhom rebħiet fit-tmien ġurnata ta’ logħob.
Iz-zewġ timijiet kienu qed jilgħabu barra minn darhom. Għaxaq għelbu lil Marsamxetto 21-11 filwaqt li Msida rebħu lil Lija 21-19.
Iż-żewġ timijiet għandhom 7 punti kull wieħed fil-klassifika, segwieti minn St Peters Żabbar u Żebbuġ b’6 punti. F’logħba mistennija Żebbuġ għelbu lil Qormi San Bastjan 21-14.
Fit-tieni divizjoni Birkirkara baqgħu bla telfa meta l-bieraħ rebħu lil Thalassalejn 21-5. Birgu żammew il-pass fit-tieni post b’rebħa ta’ 21-7 kontra Sta Venera.
Fit-tielet divizjoni insibu lil Luqa, Fgura u Kalkara fl-ewwel post b’7 punti hekk kif il-bieraħ kisbu rebħiet kontra Qormi San Ġorġ San Ġwann u Ħamrun rispettivament.