Għaxaq rebħu t-Trofew tal-Anġlu hekk kif fil-finali tan-Knock Out 3X3 huma għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 21-14. Għal Għaxaq din kiemnet ir-raba’ darba li rebħu dan it-trofew.
Finali li ntlagħbet fil-pitch ta’ Hal Tarcien quddiem pubbliku numeruż.
Kienu Birkirkara li bdew tajjeb u marru minn fuq 10-4 sal-mistrieħ.
Wara l-mistrieħ, Għaxaq ħarġu tajjeb u wettqu rimonta tant li għamlu l-punteġġ indaqs 13-3. L-għaxqin żammew ir-ritmu u saħansitra marru minn fuq 17-14.
Fl-aħħar ġugata, it-team ta’ Għaxaq għamel l-erba’ punti li kellu bżonn biex rebaħ il-finali fost il-ferħ tal-partitarji preżenti.
Il-finali ġiet ikkontrollata mir-refree Mario Enriquez mgħejjun minn Harold Galea.
Fi tmiem il-finali saret il-preżentazzjoni tat-Trofew mill-president tal-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi Clinton John Saliba lill-captain ta’ Għaxaq Noel Axiaq.
It-team ta’ Għaxaq kien kompost mill-plejers: Noel Axiaq, Emanuel Spiteri, u Damon Grima.
Dak ta’ Birkirkara minn Stefan Fardel, daren Schembri u Mario Galea.